Friday, November 22, 2024

Kieku x’ibiddel Christian Pulisic fir-regoli tal-futbol?

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ AC Milan Christian Pulisic kien mistieden fi programm Amerikan dwar il-futbol u mistoqsija partikolari li saqsieh il-ġurnalist preżentatur kienet waħda partikolari. Kieku kellu jbiddel xi ħaġa fil-futbol xi tkun?

Pulisic, li lagħab ukoll ma’ Chelsea fl-istaġun li għadda, qal li kieku kull gowl li jiġi skorjat jiġi jiswa seba’ punti għax hekk iżid l-interess tal-pubbliku.

Pulisic qal li xi kultant xi partiti li jintlagħbu jkunu monotoni u meta jkollok skor kbir, il-pubbliku aktar jinteressa ruħu. Hu semma’ bħala eżempju l-punteġġi tal-basketball li jagħmlu l-logħba aktar dinamika.

Sport