Saturday, December 21, 2024

“Kif imwiegħed, it-trakka se ssir u se ssir f’din il-leġiżlatura”

- Il-Ministru Clifton Grima

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima dwar meta se tkun lesta t-trakka tal-karozzi u jekk hux lest jagħmel apoloġija lill-entużjasti tat-tlielaq tal-karozzi li skontu kienu “daħqu bihom” qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Il-Ministru Grima wieġbu li hi ironika “meta jgħid li dħaqna bid-dilettanti tal-karozzi, meta dawn jafu li f’25 sena għaddewhom biż-żmien dejjem. L-ewwel nett huwa żbaljat. Meta tkellimna dwar l-ewwel avveniment internazzjonali ma konniex tkellimna fuq it-trakka tal-karozzi inġenerali imma fuq il-kwart ta’ mil.”

Dwar it-trakka, huwa kompla jispjega li l-art hija identifikata, il-budget qiegħed hemm, il-Federazzjoni resposabbli minn dan l-isport qed jaħdmu mal-Gvern ta’ kuljum u hemm anke diversi Ministeri involuti f’dan il-proġett. Tenna jgħid li “iva kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, it-trakka se ssir u se ssir f’din il-leġiżlatura.”

Ekonomija

Sport