Tuesday, May 14, 2024

Darts: Fgura Kenky jiksbu rebħa impressjonanti kontra Ħamrun Bayern A

Aqra wkoll

Fgura Kenky kisbu rebħa tajba ta’ 7-1 kontra l-isfidanti għat-titlu Ħamrun Bayern A sabiex baqgħu jżommu posthom mal-aqwa erba’ timijiet tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts.

Il-Fgurin iddominaw dan il-konfront bil-plejer Ħamruniżi li sabuha diffiċli jlaħħqu mal-logħob preċiż tal-avversarji.

Sadanittant Ħamrun Education baqgħu jżommu l-ewwel post wara li għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2 u għandhom punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali Floriana Ajax X Clean A li ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Sliema Inter Darts Club 7-1.

Ħamrun Bayern B kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara skor ta’ 6-2 kontra t-tim tal-qiegħ Marsa Top Gun Bar.

Fit-tieni diviżjoni, il-leaders tal-klassifika Birżebbuġa Lions għelbu lill-isfidanti PO’s Bar 5-3 u bl-istess skor Tal-Ġilju Mqabba għelbu lil Żejtun Beland.

Sadanittant, Cox Bar u Fgura Maypole temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 4-4.

Fit-tielet diviżjoni, Domus Żejtun telgħu temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika iżda b’logħba iktar minn Birgu Boċċi Club wara li għelbu lil Leah’s Bar 5-3. Anke Żebbuġ Rangers rebħu bl-istess skor lil Duke’s Bar B filwaqt li Duke’s Bar A iddominaw lil Mqabba FC 8-0.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI  

Ħamrun Education 43, Floriana Ajax X Clean A 42 Ħamrun Bayern A 38, Fgura Kenky 34, Manchester Conquest Pub 19, Sliema Inter DC 14, Ħamrun Bayern B 12, Top Gun Bar 3.  

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI  

Birżebbuġa Lions 43, PO’s Bar 38, Beland Bull’s Eye 20, Floriana Ajax X Clean B 17, Fgura Maypole 13, Cox Bar 11, Mqabba tal-Ġilju 10 

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI  

Domus Żejtun 37, Birgu Boċċi Club 36, Żebbuġ Rangers 28, Duke’s A 29, Duke’s B 17, Mqabba FC 4, Leah’s Bar 1.  

Sport