Thursday, April 25, 2024

Kinnie l-Imsieħba Uffiċjali ta’ X Factor Malta

Aqra wkoll

Kinnie, ix-Xarba Klassika tal-Mediterran mill-1952, b’sodisfazzjon tħabbar il-kollaborazzjoni tagħha ma’ X Factor Malta bħala l-Imsieħba Uffiċjali ta’ dan il-programm televiżiv li kiser kull rekord, u li issa lokalment daħal fit-tielet staġun tiegħu.

It-tielet staġun ta’ X Factor Malta jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-8.50pm fuq TVM u jsegwi l-vjaġġ tal-kontestanti fil-fażijiet differenti ta’ waqt il-Provi, il-Bootcamp, iċ-Chair Challenge, il-Judges’ Houses u, finalment, fil-programmi bil-Wirjiet Diretti li jilħqu l-qofol tagħhom fil-Finali eċitanti tas-Sibt, 6 ta’ Frar 2022.

Il-membri tal-ġurija ta’ din is-sena huma, għal darb’oħra, Howard Keith Debono u Ira Losco, u magħhom ingħaqdu żewġ ġurati ġodda: Philippa Naudi, waħda mid-duo popolari ta’ The New Victorians, u Ivan Grech, il-membru ewlieni ta’ Winter Moods. Il-programm qed jippreżentah mill-ġdid Ben Camille. 

Is-Sur Karl Bondin, Marketing Manager ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qal li “Kinnie ilha tappoġġja lill-mużiċisti u lill-artisti lokali snin twal. Il-kollaborazzjoni tagħna ma’ X Factor ilna għaddejjin biha mill-ewwel staġun ta’ dan il-fenomenu globali u lokali, u qed tkompli ssaħħaħ l-impenn tal-marka Kinnie li tappoġġja t-talent lokali.”

Is-Sur Bondin qal ukoll li “Kinnie se takkumpanja lill-membri tal-ġurija u lill-parteċipanti tul l-istaġun kollu, mill-Provi sal-Finali. Barra minn hekk, il-klijenti leali u dawk kollha li jsegwu l-marka tagħna jistgħu jlestu ruħhom għal sorpriżi sbieħ fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li jinkludu kompetizzjonijiet li bihom jistgħu jirbħu l-biljetti għas-serati diretti, offerti għall-konsumaturi fil-ħwienet, u kontenut esklużiv ta’ X Factor li se jibda jittella’ fil-pjattaformi tal-mezzi soċjali tal-marka Kinnie.”

Il-format ta’ X Factor hu ta’ Syco Entertainment, b’koproduzzjoni globali ta’ Freemantle Media Limited li hi wkoll is-sid tiegħu. Lokalment għandu l-produzzjoni ta’ Greatt Company Limited f’kollaborazzjoni mal-Public Broadcasting Services Limited.

Kinnie, Diet Kinnie u Kinnie Zest huma prodotti, irreklamati u mqassmin minn Simonds Farsons Cisk plc. Segwi l-marka Kinnie fuq https://www.facebook.com/kinnie.mt u https://www.instagram.com/kinnie_malta/

Sport