Saturday, May 4, 2024

Ħtieġa ta’ iktar donazzjonijiet tad-demm

Aqra wkoll

Filwaqt li pajjiżna jidher li riesaq lura lejn in-normalità tiegħu wara xhur ta’ pandemija, żdiedu l-operazzjonijiet, inklużi dawk maġġuri fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex. Dan il-fatt, flimkien ma’ żieda fil-korrimenti, l-iktar fuq il-postijiet tax-xogħol, qed dejjem ikabbru d-domanda għall-għoti tad-demm.

Quddiem din ir-realtà, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, filwaqt li radd ħajr lil mijiet ta’ nies li ta’ kull ġimgħa jmorru jagħtu d-demm, qed ikompli jħeġġeġ u jappella għal aktar nies biex jersqu u jagħtu d-demm.

Dan l-appell qed isir biex l-operat tas-saħħa jkompli għaddej tajjeb biex il-pazjenti li jkollhom bżonn ta’ trasfużjoni tad-demm isibu demm disponibbli għalihom.

Sadanittant, iċ-Ċentru għat-trasfużjoni tad-demm fi Gwardamanġa qed ikun miftuħ kuljum, inklużi l-Ħdud u festi pubbliċi bejn it-8.00a.m.u s-6.00p.m.

Il-Mobile Blood Donation Unit nhar il-Ħadd li ġej 17 ta’ Ottubru se jkun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Imqabba.

Sport