Saturday, September 14, 2024

Klabbs fl-Arabja Sawdija jibdew ineħħu plejers żejda

Aqra wkoll

Hekk kif bħalissa l-erba’ klabbs ewlenin tal-Arabja Sawdija iġifieri Al-Ahli, Al-Ittihad, Al-Hilal u Al-Nassr xtraw diversi plejers tul dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, issa jridu jneħħu xi elementi tagħhom fl-iskwadra minħabba li għandhom iżżejjed.

Fil-fatt is-Saudi Pro League jagħti permess li klabb partikolari jkollu tmien plejers barranin fl-iskwadra bl-erba’ klabbs li jridu jaraw min se jitlaq mill-plejers passati.

Sadanittant wieħed minn dawn hu Francisco Manuel Velez Jimenez li kellu jitlaq lil Al-Fateh sabiex irritorna fil-Greċja ma’ Panathinaikos.

Jimenez kien kritiku dwar dak li ġara f’dawn l-aħħar xhur fl-Arabja Sawdija meta qal li qed jidħlu diversi plejers rinomati bla kontroll u għalkemm għall-pubbliku inġenerali dan hu tajjeb, se jnaqqas iċ-ċans li plejers Sawditi jilagħbu b’mod regolari mal-ewwel ħdax.

Ekonomija

Sport