Arsenal għandhom klawsola fil-ftehim tas-self ta’ Ethan Nwaneri ma’ Borussia Dortmund li tippermettilhom jieħdu lura lill-player lura Londra mill-1 ta’ Jannar, 2027.
Din kienet kundizzjoni essenzjali għal Arsenal, speċjalment minħabba li għandhom skwadra limitata fl-attakk. Dortmund aċċettaw il-klawsola minħabba l-urġenza li jsibu sostitut wara injury serja.
Madankollu, Dortmund huma protetti finanzjarjament: jekk Arsenal jużaw il-klawsola, il-club Ġermaniż ma jkollu l-ebda spiża għas-self.
Arsenal iridu wkoll jinnotifikaw lil Dortmund fil-ħin, u b’hekk il-club ikollu ċans ifittex sostitut fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Wieħed mill-kandidati jista’ jkun Marcel Regula, li kien diġà meqjus bħala alternattiva u għadu wieħed mill-players fil-lista ta’ Dortmund.




