Monday, May 13, 2024

Kollox lest għal Sports4Kate nhar il-5 ta’ Mejju

Aqra wkoll

Sports4Kate b’kollaborazzjoni ma’ SportMalta hija attività organizzata minn tim ta’ voluntiera fosthom kowċis fil-qasam tal-isport biex jgħinu liċ-ċkejkna Kate matul il-vjaġġ tagħha biex tikseb iktar saħħa fil-muskoli u tkun tista’ tilħaq il-milestones tal-ħajja u tgħix ħajja indipendenti kemm tista’.

Kate hija tifla ferriħija ta’ ħames snin li tbati minn kundizzjoni rari msejħa Tatton Brown Rahman Syndrome. Kate wara ġurnata skola jkollha madwar erba’ sigħat ta’ terapiji kuljum jistennewha u għalkemm tbati xorta taraha dejjem bi tbissima. B’din l-attività Kate se tkun tista’ tattendi diversi trattamenti u terapiji barra minn xtutna fix-xhur li ġejjin, kif ukoll tgħin fir-riċerka tal-kundizzjoni tagħha biex tinstab kura.

Sports4Kate ħa tkun imqassma fuq ġurnata li ħa sseħħ fil-5 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar fil-Marsa Sports Complex. Kull min jattendi jista’ jara, jitgħallem u kif ukoll jipparteċipa f’diversi sports li ha jkunu qed jesebixxu. Fosthom ħa jkollna:

Boxing, Long Jump, Bounce Fitness, Yoga, Volleyball, Pilates, Running, Tabata, Circuit Training, Level UP Challenges, Obstacle Courses u Shot Put. Se jkun hemm ukoll tournaments u friendly matches li ħa jkunu għaddejjin fl-istess ħin fosthom tal-football, darts u volleyball. Barra minn hekk se jkun

hemm għaddej league tal-Baseball u ieħor tar-Rugby matul din l-attività.

Kull sezzjoni ta’ sport ha tkun miftuħa għal kull età. Ejja – Ara – Tgħallem – Prattika

B’din l-attività aħna xtaqna wkoll nippromovu l-bżonn tal-isports u l-ezerċizzju fil-ħajja ta’ kuljum u apparti kull min jiġi ħa jkun qed jgħin liċ-ċkejkna Kate, ħa jkollu l-opportunità biex jara u jipprattika diversi sports f’post wieħed u jigi mħeġġeġ biex jibqa’ jattendi wieħed minnhom.

Apparti l-isports ħa jkollna wkoll logħob imqassam madwar il-grounds fejn wieħed jista’ jipparteċipa u jieħu gost waqt tug of war, Hoop Shot u Football Kick dart fost oħrajn.

Se jkun hemm ukoll sezzjoni għat-tfal li tinkludi face painting, bouncy castle, magic shows, bubble shows, Mascots Characters.

Diversi kantanti stabbiliti ħa jingħaqdu magħna biex iwasslulkom ġurnata mill-isbaħ ta’ divertiment u kant, imma dan mhux biss. F’parti oħra tal-grounds ħa jkun hemm live DJs idoqqu u jakkumpanjaw diversi sezzjonijiet ta’ sports u fitness.

Żommu l-5 ta’ Mejju vojta u ngħaqdu magħna għal ġurnata mimlija attivitajiet u sports għall-etajiet kollha.

Biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit ticketmonti jew agħfsu fuq Sports4Kate Tickets (ticketmonti.com)

Għal aktar dettalji: idħlu fuq il-paġna ta’ facebook Sports4Kate jew ibagħtu email fuq [email protected].

Sport