Hekk kif is-sitwazzjoni ta’ Kylian Mbappe ma’ Paris St Germain għadha xi ftit jew wisq inċerta speċjalment bl-offerti li qed jirċievi, it-tim mill-belt kapitali Franċiża ma jistax jistenna aktar speċjalment jekk jispiċċa mingħajr attakkant prolifiku.
Huwa għalhekk li PSG qed jevalwaw il-progress tal-iskorer Franċiż ta’ Eintracht Frankfurt Randall Kolo Muani. Dan it-trasferiment jista’ jsir ġaladarba ċ-champions Franċiżi joħorġu €100 miljun mill-but.
Kolo Muani għandu 24 sena u fl-istaġun li għadda skorja 15-il gowl fi 32 partita ma’ Eintracht Frankfurt.