Friday, May 3, 2024

Konferma li l-katavru li nstab f’Wyoming hu dak ta’ Gabby Petito

Aqra wkoll

L-FBI kkonfermaw li l-katavru li nstab f’park nazzjonali ġewwa Wyoming nhar il-Ħadd li għadda huwa dak ta’ Gabby Petito, it-tfajla li kienet għebet meta kienet fuq avventura b’vann mas-sieħeb tagħha.

Mill-ewwel indikazzjonijiet li ħarġu, jidher li dan qiegħed jiġi trattat bħala każ ta’ omiċidju iżda s’issa għadhom ma ħarġu l-ebda dettalji dwar kif mietet. Petito, li kellha 22 sena, żaret Grand Teton National Park mas-sieħeb tagħha Brian Laundrie li għandu 23 sena. Fil-preżent, il-pulizija jinsabu għaddejjin bit-tfittxijiet għal Laundrie hekk kif mhux magħruf fejn jinsab. Brian qiegħed ikun ikkunsidrat bħala “persuna ta’ interess”, iżda għadu ma ġie akkużat bl-ebda de­litt. 

Il-koppja qattgħu numru ta’ ġimgħat jivvjaġġaw permezz ta’ campervan u kienu qegħdin jiddokumentaw l-av­ventura fuq youtube. 

Ġara li fl-1 ta’ Settem­bru Brian irritorna lura lejn daru ġewwa Florida bl-istess vann iżda Gabby baqgħet qatt ma rritornat. Mar-ritorn tiegħu huwa m’għamel l-ebda kuntatt mal-pulizija jew mal-familja Petito. Il-familja ta’ Petito kienu rrapportawha nieqsa għaxart ijiem wara.

Sport