Sunday, December 22, 2024

Konġestjoni tat-traffiku fl-inħawi tal-Għadira

Aqra wkoll

Konġestjoni tat-traffiku nġemgħet fl-inħawi tal-Għadira wara li aktar kmieni seħħ inċident fi Triq il-Magħrfa l-Mellieħa.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-inċident seħħ meta vann li kien qiegħed jinstaq fid-direzzjoni lejn il-Mellieħa tilef il-kontroll u baqa’ tiela’ fuq struttura temporanja li hemm tifred il-karreġjati sakemm isir xogħol infrastrutturali li jinsab għaddej. Konsegwentament il-vann għalaq il-karreġġjata tal-vetturi li sejrin direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa u nħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku.

It-triq nfetħet lura għan-normal wara li ġie assigurat li ma kienx hemm persuni li ndarbu.

Ekonomija

Sport