Monday, December 23, 2024

Konskrizzjoni militari għan-nisa fid-Danimarka

Aqra wkoll

L-invażjoni Russa tal-Ukrajna sentejn ilu qed tħalli effett fuq diversi pajjiżi ġirien tant li wħud minnhom qed jestendu jsaħħu l-qawwiet militari tagħhom. Bla dubju, it-tensjoni fl-Ewropa żdiedet mill-invażjoni sħiħa tar-Russja tal-Ukrajna fi Frar tal-2022. F’dan ix-xenarju, l-aħħar pajjiż li ħa deċiżjoni li jarma militarment hija d-Danimarka li ħabbret pjanijiet biex testendi l-konskrizzjoni militari għan-nisa għall-ewwel darba. 

Id-Danimarka qed taħseb ukoll biex isaħħaħ il-baġit tad-difiża tagħha bi kważi 6 biljun dollari fil-ħames snin li ġejjin biex tilħaq il-miri tan-Nato. Skont il-Prim Ministru Metter Frederiksen, id-Danimarka ma tridx tarma militarment mill-ġdid għax trid il-gwerra imma qed tagħmel hekk għax trid tevita l-gwerra.

Waqt li żvela ir-riformi nhar l-Erbgħa, il-prim ministru Frederiksen qal li l-gvern qed ifittex li jikseb ugwaljanza sħiħa bejn is-sessi anki fil-qasam militari.

Sadanittant, il-Ministru tad-Difiża Troels Lund Poulsen qal li konskrizzjoni aktar robusta, inkluża ugwaljanza sħiħa bejn is-sessi, għandha tikkontribwixxi biex issolvi l-isfidi tad-difiża, il-mobilizzazzjoni nazzjonali u l-ekwipaġġ tal-forzi armati tagħha.

Skont il-pjan imħabbar, is-servizz ta’ konskrizzjoni se jiġi estiż minn erba’ għal 11-il xahar kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. In-nisa fil-pajjiż Skandinav diġà jistgħu jagħtu servizz volontarju fil-militar. Issa l-gvern qed jippjana li jintroduċi l-konskrizzjoni tan-nisa mill-2026, u jsir it-tielet nazzjon Ewropew  flimkien man-Norveġja u l-Isvezja, li jeħtieġ li n-nisa jservu fil-forzi armati..

Is-sena li għaddiet, 4,700 persuna qdew is-servizz militari, li minnhom madwar 25% kienu nisa. Dan in-numru se jiżdied għal 5,000 fis-sena. Il-forzi armati tad-Danimarka bħalissa jammontaw għal madwar 20,000 suldat attiv, inklużi xi 9,000 suldat professjonali.

Il-pajjiż, li għandu popolazzjoni totali ta’ kważi sitt miljuni, qed iżid ukoll l-infiq militari tiegħu mill-1.4% attwali tal-Prodott Gross Domestiku għal 2% biex jilħaq il-miri stabbiliti mill-alleanza militari tan-NATO.

Is-sena li għaddiet, il-parlament ivvota biex jabolixxi btala pubblika tar-rebbiegħa biex tingħata spinta lill-infiq fuq il-militar.

Id-Danimarka kienet waħda mill-aktar sostenituri sodi tal-Ukrajna, u pprovdietha b’armi u fondi avvanzati, u tħarreġ ukoll bdoti Ukreni fuq ajruplani tal-gwerra F-16 magħmulin mill-Istati Uniti.

Żewġ pajjiżi Nordiċi – il-Finlandja u l-Iżvezja – reċentement ingħaqdu fin-Nato, hekk kif l-alleanza qed issaħħaħ id-difiżi tagħha fl-Ewropa wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.

Ekonomija

Sport