Monday, December 23, 2024

“Kontra li l-annimali tagħna jispiċċaw abbandunati” – Charmaine Gauci

Aqra wkoll

F’każ li persuna toħroġ pożittiva qed issir evalwazzjoni sħiħa tar-residenza

Għal waħda mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt il-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Covid-19, Charmaine Gauci għamiltha ċara li l-annimali m’għandhomx jiġu abbandunati fl-ebda sitwazzjoni.

Rigward persuni li qed jabbandunaw il-pets tagħhom minħabba biża’ li jitrasmettu l-virus, Gauci spjegat li barra mill-pajjiż kien hemm annimali li ġew konfermati pożittivi.

Qalet li s’issa jidher li l-annimali jista’ jittieħed minn persuna li hu pożittiv, iżda m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-annimal jista’ jerġa’ jgħaddiha lill-bniedem.

Hija rrakkomandat li f’każ pożittiv tiġi evalwata s-sitwazzjoni kollha tad-dar u f’dan il-każ l-annimali preferibbilment jgħadduhom lil persuna oħra tal-fiduċja tagħhom.

Tenniet li dawn l-annimali ma jistgħux jiġu abbandunati għal għonq it-triq.

Ekonomija

Sport