Tuesday, October 22, 2024

Kritika kbira għall-kowċ Erik Ten Hag

Aqra wkoll

Bosta partitarji u anke ġurnalisti Ingliż kellhom kritika ħarxa għall-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag wara t-telfa kerha li sofrew jumejn ilu kontra Liverpool f’darhom bl-iskor ta’ 3-0.

Kemm il-partitarji kif ukoll il-ġurnalisti qed jgħidu li l-kowċ Olandiż qed iġib skuża wara l-oħra fuq it-tim, il-plejers li akkwista fis-suq tat-trasferimenti u anke t-tattika li qed juża’.

Ħafna għamlu parodija bil-kumment li għamel l-istess Ten Hag meta qal li hu mhux Harry Potter bil-plejers il-ġodda li jridu jaddatttaw għat-tattiċi tiegħu.

Sport