Wednesday, April 9, 2025

Kull kardinal imsemmi fir-rapport tal-SNAP mhux tajjeb għal Papa

…imsemmi l-Kardinal Mario Grech u Peter Erdo fost oħrajn

Aqra wkoll

Is-Survivors Network of those Abused by Priests (SNAP)wara li ħabbru l-inizjattiva ġdida bl-isem ta’ Conclave Watch, qalu li kienu ressqu ilment fuq sitt kardinali lis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin taħt id-digriet li kien ħareġ Papa Franġisku fl-2023 Vos estis lux mundi.

L-SNAP qegħdin jgħid lil dawn il-Kardinali kollha msemmija m’għandhom bl-ebda mod jiġu kkunsidrati biex jieħdu t-tmexxija tal-Knisja Kattolika f’idejhom għax ma humiex tajbin għal din il-kariga.

Il-Kardinali msemmija mill-SNAP huma Péter Erdő, Kevin Farrell, Víctor Manuel Fernández, Robert Francis Prevost, Luis Antonio Tagle u l-Kardinal Malti Mario Grech.

Il-President tal-SNAP Shaun Dougherty qal li l-għaqda li jmexxi għamlet ix-xogħol tal-mexxejja tal-knisja li allegatament irrifjutaw li jagħmlu. “Aħna ġbarna l-evidenza, imxejna mal-proċeduri tal-Vatikan u semmejna l-ismijiet kollha. Jekk Papa Franġisku hu serju u ma jittollerax l-abbużi, għandu jaħtar investigatur privat biex jerġa’ jinvestigaw dawn l-abbużi,” ġie kkowtat jgħid Shaun Dougherty.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport