Sunday, October 27, 2024

Kull min jixtieq jagħti d-demm għandu jilbes il-maskra fis-sit tad-donazzjoni tad-demm

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq ifakkar li sakemm ma jinbidlux ir-regoli li attwalment huma irrakkomandati mill-awtoritajiet tas-saħħa, kull min jersaq biex jagħti d-demm għandu jilbes maskra.

Hawn tajjeb li wieħed jagħmel enfasi li din ir-regola tapplika għas-siti kollha tal-għoti tad-demm, jiġifieri għaċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa, għall-mobile blood donation unit, kif ukoll għall-Berġa tax-Xewkija Għawdex.

Intant dawk li jixtiequ jikkoperaw u jagħtu d-demm għandhom jersqu:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00 a.m. sas-6:00 p.m. 
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju ser ikun fi Triq Inez Soler, wara l-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30 a.m. sas-1:00 p.m.
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 28 ta’ Ġunju ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00 p.m. sal-5:00 p.m.

Nota importanti ħafna: Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti.

Sport