Monday, May 13, 2024

Kulleġġ jiċċelebra l-Jum Diġitali mal-Istudenti

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl nhar l-Erbgħa ċċelebra Jum Diġitali u rnexxielu jdaħħal itteknoloġija fil-klassijiet.

L-istudenti ġew mitluba jirriflettu fuq ix-xogħol tagħhom, ixerrdu l-kelma dwar programmi innovattivi ta’ tagħlim diġitali u jappoġġaw l-ekwità diġitali.

Studenti ilhom jaħdmu fuq attivitajiet diġitali differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, jiżviluppaw firxa ta’ ħiliet, inkluża l-abbiltà li jużaw it-teknoloġija biex isolvu problemi u jinnovaw, jikkollaboraw ma’ sħabhom u jiskopru teknoloġiji avvanzati permezz ta’ kodifikazzjoni, realtà miżjuda, robotika u AI. fost oħrajn.

Nhar l-Erbgħa, it-tfal esperjenzaw teknoloġiji ġodda u gawdew minn attivitajiet diversi bl-użu ta’ softwer differenti.

Ġew organizzati diversi workshops għall-gruppi tas-snin kollha, kif ukoll wirjiet u seminars.

L-Iskola ċċelebrat il-ġurnata fuq it-tema “Żvilupp tal-Logħob”. L-iskola ppruvat tenfasizza dak li jmur wara l-kwinti fil-proċess tal-iżvilupp tal-logħob, kemm mill-aspett tal-ġenb tal-iżvilupp tas-softwer kif ukoll mill-perspettiva teknoloġika u tal-midja.

Saru diversi workshops relatati mal-iżvilupp tal-logħob.

Sport