Sunday, December 22, 2024

Kultura li rridu nnibbtu fil-familji… medjazzjoni minflok Qorti f’każ ta’ litiġu

Aqra wkoll

Fl-istess seduta tkellem il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li saħaq li jeħtieġ li nibdew ngħallmu lin-nies minn età żgħira, li meta jkun hemm litiġu, l-ewwel għażla m’għandhiex tkun il-Qorti imma l-medjazzjoni.

“Fil-mument li meta jinqala’ xi ħaġa, minflok tmur mill-ewwel il-Qorti, timmedja, tkun qed tagħmel differenza importanti ħafna. Niftakar żmien meta l-medjazzjoni quddiem il-Qorti tal-Familja kien jagħmilha l-Imħallef innifsu. L-idea li jkun hemm il-medjaturi għenet ħafna,” qal il-Ministru Bonnici.

Huwa tenna li din hija kultura li rridu nnibtu fil-familji Maltin u Għawdxin li jekk ngħallmu lin-nies li l-ewwel “art” m’għandhiex tkun il-Qorti imma l-medjazzjoni, nistgħu nevitaw ħafna litiġi u dewmien fil-Qrati u naraw li r-riżorsi jintuzaw sewwa.

Ekonomija

Sport