Wednesday, July 24, 2024

Il-Ministru Attard isostni li l-Oppożizzjoni lesta tagħmel kritika selettiva À la carte fil-qasam tal-Ġustizzja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qal li b’differenza mill-Oppożizzjoni, huwa għażel li jkun proattiv u mhux sempliċiment isemmi u jattakka dwar ċertu nuqqasijiet li jistgħu jeżistu. Il-Ministru Jonathan Attard qal li l-Oppożizzjoni lesta tagħmel kritika selettiva À la carte. 

Attard rreaġixxa wkoll għall-attakk tal-Kelliem Nazzjonalista għall-Ġustizzja Karol Aquilina fuq l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg. Huwa staqsa jekk Aquilina huwiex lest jissustanzja fuq xiex għandha tinbidel l-istess Buttigieg.

Attard qal li hija kundannabbli li jkollok attakk simili fuq kwalunkwe uffiċċju kostituzzjonali li qiegħed hemmhekk biex iservi u jofri funzjoni importantissima, mingħajr ebda pressjoni.

“Issa l-poplu jiġġudika min qiegħed jagħmel pressjoni. L-indħil politiku mhuwiex l-indħil dirett biss. Dawn iridu jaħdmu fis-serenità u li tiġi tgħid li tlift il-fiduċja mingħajr ma tissustanzja hija pressjoni”, kompla l-Ministru filwaqt li qal li l-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qegħdin iwettqu xogħol kbir b’differenza mill-kompjaċenza li kienet teżisti taħt gvernijiet Nazzjonalista.

Ekonomija

Sport