Saturday, November 23, 2024

Kummissarju tas-Saħħa jissuġġerixxi l-ilbies tal-maskra obbligatorju kullimkien

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għas-Saħħa Charles Messina f’ittra lill-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, esprima t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-ammont ta’ każi ġodda resġistrati qed ikompli jiżdied. Messina fakkar li minn Ġunju ’l hawn il-każi attivi tela’ minn tlieta għal aktar minn 1,000.

Skont Messsina, xi ħaġa agħar minn hekk hija l-fatt li skont ma ntqal lilu, persuni li ġew f’kuntatt ma’ pazjenti pożittivi qegħdin jiġu rrifjutati milli jagħmlu swab sakemm dawn jiżviluppaw xi forma ta’ sintomi.

Żied jgħid li l-Ministeru tas-Saħħa qed jistrieħ fuq l-istqarrija ta’ każi ta’ saħħa ulterjuri meta jħabbar dwar il-vittmi tal-Covid-19, anke jekk dawn kienu qed ikampaw b’dawn l-istess kundizzjonijiet tagħhom.

Intant huwa qed jissuġġerixxi li jkun hemm; 

-Spetturi tas-Saħħa li jwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda f’ristoranti u stabbilimenti oħra filwaqt li jinħarġu l-multi fejn neċessarju
-Li l-ilbies tal-maskri ssir xi ħaġa obbligatorja kullimkien (apparti fid-djar)
-Multi għal dawk li jonqsu milli jilbsu l-maskra
-Dawn il-multi jridu jiġu mħallsa fi żmien 24 siegħa
-Aktar għarfien dwar Teleworking
-Jinħarġu mill-ġdid Avviżi Legali li wasslu għal riżultati pożittivi f”Marzu li għadda.

Sport