Tuesday, May 14, 2024

Kunsillier idur diversi toroq biex jinforma lil min ħareġ il-borża żbaljata skont l-iskema l-ġdida

Aqra wkoll

“Mhux se nittolleraw abbużi u min jabbuża fl-interess tiegħu jikkopera u jirregola ruħu. Importanti li l-borza dejjem tibqa’ wara biebek biss”. Iddikjara dan il-Kunsillier Żebbuġi Steve Zammit Lupi b’rabta mal-iskema l-ġdida tal-ġbir tal-iskart li bdiet mil-lum.

Zammit Lupi qal li l-maġġoranza assoluta tar-residenti mxew mal-iskeda l-ġdida u filwaqt li rringrazzja lil dawk li kkopera biex it-toroq jibqgħu nodfa, saħaq li determinat li jkompli bl-edukazzjoni biex kemm jista’ jkun malajr kulħadd jibda joħroġ l-iskart skont l-iskeda.

Infatti huwa qal li sa minn filgħodu huwa dar ħafna mit-toroq tal-lokal u fejn ra boroż suwed weħħel stampi bl-iskeda l-ġdida u saħansitra informa lil dawk li identifikahom skont boroż quddiem ir-residenzi tagħhom.

Il-Kunsillier Żebbuġi saħaq li l-komunikazzjoni tajba man-nies huwa l-ewwel pass u għalhekk appella lil dawk infurmati biex ikomplu jitkellmu mal-bqija tar-residenti biex kemm jista’ jkun kulħadd ikun mgħarraf.

Mil-lum, il-ġbir u ġarr tal-iskart kollu domestiku beda jsir fuq bażi Reġjonali.  Biex titneħħa l-anomalija eżistenti dwar l-iskedi tal-ġbir tal-boroż b’mod differenti bejn il-lokalitajiet, l-iskeda tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu saret waħda uniformi għal Malta u Għawdex.

Skont l-iskema l-ġdida l-boroż għandhom jinħarġu kif indikat hawn isfel:
It-Tnejn – Skart Organiku biss (borża bajda)
It-Tlieta – Skart imħallat (borża sewda)
L-Erbgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)
Il-Ħamis – Skart Riċiklat (borża griza jew ħadra)
Il-Ġimgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)
Is-Sibt – Skart Imħallat (borża sewda)

1 kumment

  1. Prosit lill dan il kunsillier.Izda fejn kien il kunsill ta l Iklin.Mill carpark sa tarf tat triq fejn hemm hwienet ta likel kien hemm skoss boroz suwed. Il kunsill ta informazzjoni lill residential bhal ma ghamlu kunsilli ohra.Jekk iva ghax ma darx il lokalita u gibed lattenzjoni ta min hareg il borza sewda.

Comments are closed.

Sport