Wednesday, April 24, 2024

Kvicha Kvaratskhelia lura fl-iskwadra ta’ Napoli

Aqra wkoll

L-attakkant prolifiku mill-Georgia, Kvicha Kvaratskhelia se jkun qed jingħaqad ma’ sħabu ta’ SS Napoli sabiex jibdew kamp ta’ taħriġ fit-Turkija.

Bil-kampjonat Taljan li jinsab wieqaf minħabba t-tazza tad-dinja fir-Russja, i Partenopei se jippruvaw jieħdu vantaġġ sabiex ikomplu jlaqqgħu lill-membri tat-tim li mhux impenjati f’dan l-akbar avveniment mondjali. 

Kvaratskhelia kien qed ibati minn uġigħ f’siequ u matul ix-xahar ta’ Novembru ma deherx fl-aħħar tliet partiti tas-serie A Taljana.

Sport