Tuesday, June 16, 2026

Kważi 36% tal-Grupp Parlamentari tal-PL huma nisa

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista għandu 6 kandidati nisa oħra li ġew eletti fil-Parlament, wara li skatta l-mekkaniżmu tal-bilanċ bejn il-ġeneri, sabiex tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament.

Il-kandidati eletti f’isem il-Partit Laburista huma Cressida Galea, Fleur Abela, Francesca Zarb, Yana Borg Debono Grech, Deborah Schembri u Romilda Zarb.

L-elezzjoni ta’ dawn is-sitt kandidati saret fi tmiem l-elezzjonijiet każwali taż-żewġ partiti politiċi rappreżentati fil-Parlament.  

Għaldaqstant, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista se jkun magħmul minn 42 deputat, li minnhom kważi 36% tal-MPs tal-PL huma nisa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport