Thursday, April 18, 2024

Kyle Mercieca jerġa’ jingħaqad ma’ Luqa SA

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ 22 sena, Kyle Mercieca, reġa’ ngħaqad ma’ Luqa St Andrew’s wara staġun ma Vittoriosa Stars misluf mingħand Pietá Hotspurs.

Fl-istaġun 2020/21 Mercieca kien strumentali fir-rebħ tal-Amateur League ma’ Luqa St Andrew’s wara esperjenzi ma’ Pietá Hotspurs u Sta Lucia.

Mercieca huwa prodott tal-Hotspurs fejn magħhom iddebutta fil-Kampjonat Premier fl-istaġun 2018/19.

Ekonomija

Sport