Tuesday, May 14, 2024

Kylian Mbappe mhux se jingħaqad ma’ Real Madrid f’Jannar

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Paris St-Germain, Kylian Mbappe, mhux se jingħaqad ma’ Real Madrid fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. 

Rapporti kienu qed isostnu li l-player ta’ 23 sena, fis-sajf li għadda, kien viċin li jmur jilgħab fil-Bernabeu Stadium. Iżda minħabba l-fatt li l-kuntratt tiegħu mal-Pariġini se jintemm f’Ġunju li ġej, huwa se jkun player liberu u għaldaqstant għandu ħafna għażliet hekk kif jista’ jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess.

Barra minn hekk huwa sostna li jrid jirbaħ il-UEFA Champions League mal-club Franċiż qabel jitlaq. 

Sport