Sunday, December 22, 2024

L-2023 mistennija tkun l-aqwa sena għat-turiżmu ta’ Malta fl-istorja

Aqra wkoll

Din is-sena ser tkun waħda storika għat-turiżmu f’pajjiżna hekk kif sa tmiem din is-sena l-Gżejjer Maltin ser ikunu esperjenzaw il-wasla ta’ ftit anqas minn 3 miljun turist.

Dawn iċ-ċifri jissuperaw l-aħħar sena rekord lura fl-2019. Apparti r-rekord minn aspett ta’ wasliet, in-nefqa turistika f’Malta telgħet għal €2.8 biljun fl-ekonomija Maltija.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt żjara li għamel, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u ċ-Ċermen tal-imsemmija awtorità Gavin Gulia, fil-lukanda The Marriot Hotel and Spa f’San Ġiljan.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka li dan huwa riżultat li niċċelebrawh flimkien bħala pajjiż wieħed u magħqud għaliex b’mod dirett u indirett it-turiżmu jolqot lil kulħadd.

“Dawn ir-riżultati pożittivi jitfgħu responsabbiltà akbar fuqna biex inkomplu nagħmlu l-bidliet u r-riformi li hemm bżonn. Il-prioritajiet għas-sena d-dieħla ser ikunu bbażati b’mod prinċipali billi nattiraw turisti ta’ kwalità ogħla milli qatt ksibna sa issa, ser nintroduċu r-riforma tal-iskills pass biex naraw servizz aħjar minn dak li għandna sa issa fir-restoranti u l-lukandi tagħna kif ukoll iżjed ħidma fejn tidħol indafa pubblika u manutenzjoni,” saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Ekonomija

Sport