Saturday, December 21, 2024

L-Afganistan taħt curfew minħabba l-offensiva tat-Taliban

Aqra wkoll

Il-Gvern tal-Afganistan impona curfew ta’ xahar madwar il-pajjiż kollu u dan hekk kif it-Talibani komplew jinvadu iktar żoni dwar il-pajjiż. 

Il-ġlied bejn it-Taliban u l-forzi tal-gvern Afgan intensifika sew fl-aħħar xhur wara li l-forzi internazzjonali telqu mill-pajjiż. L-offensiva li bdew it-Taliban hija waħda effettiva u veloċi tant li s’issa huwa kkalkulat li dawn il-militanti diġà ħadu l-kontroll ta’ nofs it-territorju tal-pajjiż. 

Hekk kif il-forzi tal-Istati Uniti tal-Amerika telqu mill-pajjiż, il-militanti tat-Taliban bdew offensiva qalila u rnexxielhom jieħdu diversi żoni rurali u anke żoni oħrajn fil-fruntiera. 

It-tħassib huwa li minħabba li d-diskussjonijiet ta’ paċi, li qed isiru fil-Qatar, mexjin bil-mod ħafna l-ġlied se jkompli jintensifika u dan ma jdumx ma jinfirex f’żoni urbani li huma iktar popolati. Fid-dawl ta’ dan kollu, kmandant għoli tal-Istati Uniti tal-Amerika qal li l-Istati Uniti se tkun qiegħda tkompli twettaq attakki mill-ajru kontra t-Taliban. Il-kmandant ma speċifikax kemm se jdumu għaddejjin dawn l-attakki mill-ajru. 

Ekonomija

Sport