Monday, September 23, 2024

L-aġent ta’ Khvicha Kvaratskhelia ma jridux jibqa’ ma’ Napoli

Aqra wkoll

L-aġent tal-attakkant internazzjonali ta’ Georgia Khvicha Kvaratskhelia kien qed jitkellem ma’ ġurnal tal-pajjiż fejn qal li jrid li l-klijent tiegħu jitlaq minn Napoli u jsib destinazzjoni oħra.

Mamuka Jugeli irrefera għas-sitwazzjoni tal-istaġun li għadda bħala waħda kaotika fejn inbidlu tliet kowċis mingħajr suċċess apparti li issa i Partenopei ħatru lil Antonio Conte bħala r-raba’ kowċ f’temp ta’ sena.

Għalhekk tidher diffiċli l-possibbilta’ li Kvaratshkelia jġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim li jilgħab fi Stadio Diego Armando Maradona.

Kvaratshkelia se jkun fl-azzjoni illum f’EURO 2024 fil-logħba kontra t-Turkija li se tintlagħab f’Dortmund.

Sport