Friday, May 29, 2026

‘L-aħħar suċċess tagħna kien wieħed kbir … nistgħu ngħidu bi kburija li għamilna l-istorja tal-hockey Malti’ – Juan Sarcia

Aqra wkoll

Minn Cristian Musat

Qormi Daikin temmew parteċipazzjoni ta’ prestiġju fil-EuroHockey Club Challenge I f’Predanovci fis-Slovenja billi spiċċaw fit-tielet post fil-klassifika finali.

It-tim Malti sofra telfa kontra ċ-champions eventwali HAHK Mladost tal-Kroazja bl-iskor kbir ta’ 6-0, fejn il-Kroati bnew vantaġġ kmieni b’erba’ gowls fl-ewwel taqsima u komplew jikkontrollaw il-logħba sat-tmiem.

Minkejja r-riżultat, Qormi ħallew impressjoni pożittiva f’kompetizzjoni ta’ livell għoli, u spiċċaw fit-tielet post flimkien ma’ HK Triglav Predanovci tas-Slovenja. Aktar qabel, il-Qriema rebħu 3-2 kontra Vinitsa 3-2 u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Triglav.

Proprju rigward dan u iktar, dan is-sit tkellem ma’ wieħed mill-players ewlenin ta’ Qormi Daikin, Juan Sarcia, li tana iktar dettalji:

“L-aħħar suċċess tagħna kien wieħed kbir, u nistgħu ngħidu bi kburija li għamilna l-istorja tal-hockey Malti.”

“Li tilgħab f’ Diviżjoni 1 qatt mhu faċli, iżda li żżomm lit-tim lokali fi draw u li wasalna sal-finali f’Diviżjoni 1 kien kisba enormi kemm għal Qormi kif ukoll għal Malta.”

“Għad għandna ħafna x’nitgħallmu u niksbu minn din l-esperjenza, iżda żgur li se jerġgħu jarawna s-sena d-dieħla fl-istess grupp — aktar b’saħħithom, aktar esperjenzati, u saħansitra aktar determinati.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport