“Malajr tlaqtni, donnok kont mgħaġġla”. Hekk beda poeżija li Fr Mario Attard kiteb lil ommu ftit wara li mietet. Fr Mario hu dak il-qassis dejjem bi tbissima, lest li jgħin. M’hemm festi, Sibtijiet, Ħdud jew iljieli.
Issibu dejjem lest biex jgħinek. F’mumenti l-aktar iebsin. Ħafna drabi fl-aħħar mumenti ta’ ħajtek jew ta’ ħajjet il-qraba tiegħek. Dejjem se ssibu hemm itik l-appoġġ, anke meta quddiemek tkun qed tara dlam.
Fr. Mario Attard jikkontribwixxi għall-pubblikazzjoni tagħna. Tkellimna miegħu proprju fl-aħħar siegħat. Jitkellem magħna minkejja l-mumenti iebsin. Kondoljanzi sinċiera lil Fr Mario Attard.
Proprju dalgħodu sar il-funeral ta’ ommu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.