Thursday, July 23, 2026
Home Sport L-aħwa Hazard jilagħbu kollha fil-kampjonat Belġjan?

L-aħwa Hazard jilagħbu kollha fil-kampjonat Belġjan?

0
303

Jista’ jkun li l-aħwa Hazard se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin fil-jiem li ġejjin meta jissokta l-kampjonat Jupiler tal-Belġju. Fil-fatt bħalissa Kylian, li għandu 28 sena qed jilgħab ma’ Molenbeek filwaqt li Thorgan li għandu 30 sena qed jilgħab ma’ Anderlecht wara esperjenza pożittiva ma’ Borussia Dortmund.

Sadanittant Eden Hazard li suppost kellu jirtira wara l-aħħar esperjenzi ma’ Chelsea u Real Madrid, jista’ jerġa’ jilbes iż-żarbun tal-futbol hekk kif Union Saint-Gilloise qed jinsistu li jiksbu l-firma tiegħu.