Saturday, December 21, 2024

“L-Air Malta mhijiex storja ta’ dan il-Gvern, imma hija storja ta’ dan il-pajjiż”

- Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana 

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana sostna li li fl-aħħar 20 sena l-linja nazzjonali tal-ajru kellha aktar ħruġ milli dħul. Ħabbar li l-aħħar ġurnata li fiha se ttir l-Air Malta se tkun it-30 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla, filwaqt li għada – Jum il-Ħelsien – Malta se jkollha linja nazzjonali tal-ajru ġdida.

Qal li l-Gvern kellu 30 xahar ta’ diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea, u kien hemm qbil li bħal kull pajjiż ieħor Malta jkollha l-linja nazzjonali tal-ajru. Din li se titwaqqaf se tkun aktar b’saħħitha iktar minn qabel għax jikkapitalizzawha. Il-Ministru sostna li l-kumpanija l-ġdida se jkollha 3 minn 8 ajruplani li jkunu tagħha.

Il-Ministru qal li jixtieq iserraħ moħħ il-klijenti u l-kredituri li hemm biżżejjed żmien biex kollox isir b’mod ordnat. Hemm żmien ta’ sitt xhur u għalhekk hemm biżżejjed żmien biex jitwettaq dan kollu bil-galbu.

Semma kif l-ispiża waqt il-pandemija kienet ta’ 48 miljun ewro biex konna ntajru 4 arjuplani, iżda issa bil-business plan il-ġdida se jkunu qegħdin itirju 8 ajruplani u n-nefqa se tkun ta’ 22 miljun ewro. Il-Ministru Caruana qal li dan mhux se jsir b’nuqqas ta’ pagi, iżda b’fair wage li kulħadd jieħu skont dak li jiflaħ is-suq.

Il-Ministru Caruana qal li qabel il-pandemija kull darba li ajruplan kien jinqata mill-art il-kumpanija kienet qiegħda titlef €4,000. Ħabbar li bil-miżuri li qed jittieħdu llum bil-kumpanija l-ġdida, bit-tibdil kollu li se jsir kull darba li ajruplan tal-linja nazzjonali jinqata’ mill-art il-kumpanija se tkun qed idaħħal €2,900.

Irrefera wkoll għal perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2008 meta dakinhar xi ħadd kien tefa’ spiża fuq il-kumpanija ta’ 90 miljun ewro, liema spiża baqgħet ġejja fuqna u fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. Hu kien qiegħed jirreferi għal ftehim li kien ġie ffirmat mal-piloti u l-cabin crew biex jidħlu fi skemi ta’ rtirar kmieni. Sostna li l-iskemi ta’ rtirar kmieni jridu jieqfu u għalhekk f’diskussjonijiet li saru mal-unjins ġew iggwidati biex jonoraw il-ftehim kollettiv.

Sostna li jekk ikun pilota li jrid jieħu dan l-ammont ta’ flus jieħdu, pero ma jista’ qatt ikun aktar jaħdem kemm mal-kumpanija nazzjonali tal-ajru u wisq aktar impjegat tas-settur pubbliku. Min-naħa tal-cabin crew, il-Ministru Caruana sostna li jekk dawn ikun daħlu fi ftehim simili, allura dak l-impjegat li jieħu s-somma trid tagħmel mill-inqas 6 snin ma tistax tiġi mpjegata mis-settur pubbliku wisq aktar mal-kumpanija tal-ajru.

Il-Ministru Caruana qal li l-ajruplani u l-assi tal-kumpanija ma kinux tagħha. “Kellna linja tal-ajru li kienet tagħmel telf f’kollox,” tenna l-Ministru Caruana filwaqt li ħabba li s-17-il destinazzjoni li se jkun hemm kollha se jkunu qegħdin jagħmlu profitt.

Ħabbar li d-destinazzjonijiet li se tkun qiegħda ttir il-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida huma Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Londra fl-ajruporti ta’ Gatwick u Heathrow, Lyon, Madrid, Milan, Munich, Pariġi fl-ajruporti ta’ Charles de Gaulle u Orly, Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.

Destinazzjonijiet li mhux se jibqgħu joperaw huma Palermo, Napli, Nice, Geneva, Lisbon u Tel Aviv. Il-Ministru ħabbar ukoll li l-linja nazzjonali tal-ajru se tibda ttir ukoll lejn Copenhagern, iżda dan se jsir wara 3 snin minn meta tibda topera.

Meta ġie biex jitkellem dwar kemm il-kumpanija ġġor passiġġier qal li fil-passat il-linja tal-ajru kienet timla 3 minn kull 4 siġġijiet li jfisser 75% vojta. Sostna li bil-miżuri li qed jittieħdu se jkunu qegħdin jiffokaw fuq ir-rotot prinċipali u allura dawn il-figuri se jinbidlu. Jekk wieħed jieħu d-destinazzjoni ta’ Frankfurt kien hemm każi fejn kien ikun hemm 90% siġġijiet vojta abbord l-ajruplan.

Il-Ministru għall-Finanzi qal li fil-business plan il-ġdid, l-ammont ta’ passiġġieri li se jinġarru mil-linja l-ġdida se jkun ta’ żewġ miljuni u 20,000 ruħ. Dan ifisser li se tkun qiegħda ġġorr daqs kemm ġarret l-Air Malta fl-2019 li kienu ġejjin minn 37 destinazzjoni, issa imma se jiġu minn 19-il destinazzjoni u dan gġaliex l-ajruplani se jkunu qegħdin itiru għal aktar sigħat minn qabel.

Dwar il-branding, il-Ministru qal li n-nies fil-proċess li se jkun hemm ta’ tendering, tista’ tittenderja għall-isem Air Malta. Il-kumpanija li kellha l-brand Air Malta kienet propjeta ta’ IP Holdings. Kienet l-Air Malta li tikri l-brand.

Il-Ministru Caruana qal li fil-kumpanija l-ġdida għandu jkun hemm partial authorisation jew inkella sieħeb, iżda ħabbar ukoll li l-Gvern Malti xorta waħda se jibqa’ s-sieħeb maġġoritarju, pero fil-kumpanija jkun hemm il-privat ukoll.

Mal-Kummissjoni Ewropea l-Gvern tkellem ukoll dwar il-ground handling biex din ma tibqax taħt il-kumpanija iżda tgħaddi taħt il-Gvern.

Ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea approvat li l-Gvern jinvesti 350 miljun ewro fil-kumpanija l-ġdida li fost l-oħrajn jikkontistu fi 3 ajruplani bħala assi tal-kumpanija filwaqt li l-5 l-oħrajn se jinkrew. Se jkunu qegħdin jintużaw 300 miljun ewro biex iġġib żewġ slots lura u biex tirkupra l-hander u l-artijiet tal-madwar. Il-50 miljun ewro l-oħrajn se jkunu bħala working capital.

Dati importanti li semma l-Ministru Caruana huma li mill-1 ta’ Novembru ta’ din is-sena, il-klijenti jistgħu jibdew japplikaw għar-refund għal dawk it-titjiriet li se jsir wara t-30 ta’ Marzu 2024. Ħabbar li mill-1 ta’ Diċembru ta’ din is-sena wkoll kull min irid jista’ jibda jixtri biljetti tal-ajru li huma wara d-data tat-30 ta’ Marzu 2024.

F’dan iż-żmien ukoll se jibda l-proċess biex isir ir-rekltaġġ il-ġdid. Fit-30 ta’ Marzu 2024 se jintemmu l-impjegi kollha li hemm illum filwaqt li l-għada jidħlu għax-xogħol l-impjegati l-ġodda.

Dettall ieħor li ħabbar il-Minsitru Caruana kien li dawk kollha li għandhom KM miles, fi Frar tas-sena d-dieħla se jkunu qegħdin isarfuhom fi flus.

Ekonomija

Sport