Friday, December 20, 2024

L-Air Malta tikkjarifika dwar l-ilbies tal-maskri abbord titjiriet

Aqra wkoll

L-Air Malta llum iċċarat li minkejja l-istqarrija għall-istampa tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) / taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) li nħarġet il-ġimgħa li għaddiet, l-ilbies tal-maskra tal-wiċċ fuq it-titjiriet għadu determinat minn liġijiet speċifiċi tal-pajjiż li jistgħu mhux bilfors ikunu allinjati mal-gwida tal-EASA/ECDC. L-ilbies tal-maskri tal-wiċċ abbord it-titjiriet huwa ddeterminat mhux biss mill-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-linja tal-ajru iżda wkoll mill-pajjiż tat-tluq u mill-pajjiż tal-wasla.

Hawn taħt jinsabu d-direttivi tal-maskri tal-pajjiżi fuq in-network tal-Air Malta li jinkludu t-tip speċifiku ta’ maskri meħtieġa sal-lum, it-Tlieta 17 ta’ Mejju 2022.

Dawk il-passiġġieri li jixtiequ jkomplu jilbsu maskra abbord titjiriet fejn ir-rekwiżit tneħħa, huma mistiedna jagħmlu dan.

Informazzjoni aġġornata dwar l-ilbies tal-maskra abbord it-titjiriet tal-Air Malta hija disponibbli hawn: http://airmalta.com/en/health-and- safety/covid19-destination-information.

Ekonomija

Sport