Thursday, April 25, 2024

L-Air Malta vvutata fost l-aqwa linji tal-ajru reġjonali fil-World Airline Awards

Aqra wkoll

L-Air Malta ġiet ivvutata fit-tielet post fost l-“Aqwa Linja tal-Ajru Reġjonali fl-Ewropa” u fl-10 post fost l-“Aqwa Linja Reġjonali fid-Dinja” fi Skytrax World Airline AwardsTM 2021. Il-linja tal-ajru Maltija ġiet ivvutata l-5 l-aqwa Linja tal-Ajru fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

Bħala riżultat ta’ din il-prestazzjoni pożittiva, l-Air Malta telgħet 7 postijiet u issa tinsab fit-80 post minn fost it-350 linja tal-ajru inklużi fir-riżultati tal-istħarriġ.

Skytrax awards huma l-parametru referenzjarju globali tal-eċċellenza tal-linji tal-ajru u l-għodda primarja tal-parametraġġ għal-livelli ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru madwar id-dinja kollha.

L-istħarriġ sar online bejn Settembru 2019 u Lulju 2021 bi 13.42 miljun entrata eleġibbli fuq suġġetti differenti. L-istħarriġ kopra s-servizz sħiħ tal-linji tal-ajru tradizzjonali u low-cost filwaqt li kejjel standards fuq 68 indikatur tal-prestazzjoni prinċipali tal-prodott u servizz tal-front-line tal-linji tal-ajru.

Fl-istħarriġ ipparteċipaw aktar minn 100 nazzjonalità differenti u kienu koperti linji tal-ajru minn madwar id-dinja, mill-ikbar linji tal-ajru internazzjonali għal linji ta l-ajru żgħar.

Sport