Tuesday, September 15, 2026
Home Sport L-Allianz Arena (2028) u l-Camp Nou (2029) se jospitaw il-finali tal-UEFA Champions...

L-Allianz Arena (2028) u l-Camp Nou (2029) se jospitaw il-finali tal-UEFA Champions League

0
70

Il-Munich Football Arena u l-Spotify Camp Nou ta’ Barcelona se jospitaw il-finali tal-UEFA Champions League fl-2028 u l-2029 rispettivament. Dan ġie kkonfermat mill-UEFA, il-korp li jmexxi l-football Ewropew.

L-istadium ta’ Bayern Munich, magħruf ukoll bħala l-Allianz Arena minħabba raġunijiet ta’ sponsors, diġà ospita l-finali fl-2025 u fl-2012. 

Min-naħa l-oħra, Camp Nou se jospita l-finali għall-ewwel darba fi 30 sena. L-aħħar darba li l-istadium ospita din il-logħba kien fl-1999, meta Manchester United għelbu lil Bayern Munich 2-1 b’żewġ goals tard u rebħu t-tieni waħda mit-tliet Tazzi Ewropej tagħhom.

Filwaqt li l-Allianz Arena, b’kapaċità ta’ madwar 70,000 spettatur, tinsab lesta, Camp Nou għadu għaddej minn xogħol ta’ rinovar. Il-kapaċità attwali hija limitata għal 62,000, filwaqt li t-tielet livell u s-saqaf għadhom iridu jitlestew. 

Il-club jistenna li l-istadium, li eventwalment se jilqa’ 105,000 spettatur, de jkun lest lejn tmiem l-2027 jew l-aktar tard fl-2028.

Kien hemm ukoll konferma li l‑Parc Olympic Lyonnais u n‑National Stadium of Wales f’Cardiff se jospitaw il‑finali tal‑UEFA Women’s Champions League tal‑2028 u tal‑2029, rispettivament.

Sadanittant, il‑finali tal‑UEFA Europa League tal‑2028 u tal‑2029 se jintlagħbu fin‑National Arena f’Bucharest u fin‑National Stadium Serbia f’Belgrad.

Il‑finali tal‑UEFA Conference League fl‑istess snin se jsiru fil‑Juventus Stadium f’Turin u fil‑Puskas Aréna f’Budapest.

Fl‑aħħar nett, is‑Super Cup tal‑UEFA 2027 se tintlagħab fil‑Johan Cruyff Arena f’Amsterdam, filwaqt li l‑edizzjoni tal‑2028 se tkun ospitata mill‑Astana Arena f’Astana.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here