Friday, April 19, 2024

L-ANTIBIJOTIĊI MISTENNIJA JERĠGĦU JKUNU DISPONIBBLI MADWAR L-UE KOLLHA

Aqra wkoll

In-nuqqas ta’ antibijotiċi u mediċini oħra kkaġunaw uġigħ ta’ ras qawwija madwar l-Unjoni Ewropea. Ċerti tipi ta’ mediċini kif ukoll antibijotiċi jinsabu skarsi fl-ispiżeriji.

Hemm ħafna raġunijiet għalfejn seħħ dan in-nuqqas ifl-provvista farmaċewtika, inklużi kwistjonijiet ta’ manifattura, bidliet fil-fornitur u fil-prezz, żieda fid-domanda, il-ħażna u żieda fix-xiri kawża ta’ paniku. 

M’hemm l-ebda kawża ewlenija ċara tan-nuqqas ta’ mediċini globali attwali, u kull pajjiż qed jaffaċċja sfidi differenti bil-provvisti. Iżda fatturi bħall-pandemija, il-Brexit, it-tnaqqis fil-provvisti minn ċerti rotot u l-kunflitt tal-Ukrajna, kollha għandhom effetti fuq id-disponibbiltà tal-mediċini. 

Ġara wkoll li waqt il-pandemija kien hemm tnaqqis drammatiku fil-konsum  minħabba li n-nies kienu qed jaħdmu mid-dar u barra kienu jilbsu l-maskri u għalhekk l-industrija adattat il-produzzjoni għal domanda aktar baxxa.

Madankollu skont id-Direttur Ġenerali tal-Mediċini għall-Ewropa Adrian van den Hoven, is-suq tal-antibijotiċi huwa mistenni li fi żmien xahar jistabbilizza ruħu hekk kif ir-rata tal-infezzjonijiet tonqos ukoll. 

Huwa spjega li l-industrija issa qed tadatta biex tipproduċi aktar antibijotiċi billi żżid in-numru ta’ nies li jaħdmu fil-fabbriki u li ħafna minn din il-mediċina għadha tiġi prodotta fl-Ewropa.

F’pajjiżna l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ukoll ikkoferma li sal-aħħar ta’ Jannar se jkunu qegħdin jaslu mas-60,000 antibijotiċi oħra għat-tfal u li bħalissa dawn l-antibijotiċi huma aċċessibbli. Kompla jgħid li qegħdin jagħmlu minn kollox biex il-mediċini out of stock jaslu f’Malta.

Hekk kif matul ix-xitwa l-poplu jkun milqut minn taħlita ta’ influwenza u viruses respiratorji, apparti l-COVID-19, li jwasslu għal żieda qawwija fl-isptarijiet u d-domanda għall-mediċini, il-Ministru Fearne qal ukoll li minn hawn u ġimgħatejn oħra l-qilla tal-influwenza se tkun qed tonqos. Filwaqt li tħabbar li fix-xhur li ġejjin se tinfetaħ emerġenza oħra f’Malta fin-naħa t’isfel ta’ Malta, proprju fiċ-ċentru Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid. Aħbarijiet ta’ serħan il-moħħ għalina lkoll.

Madankollu m’hemm l-ebda riskji minħabba nuqqas ta’ ċerti antibijotiċi hekk kif l-alternattivi huma dejjem disponibbli. 

Sport