Sunday, December 22, 2024

L-Arċisqof jappella lin-nies jgħidu l-Innu Malti matul ir-Randan

Aqra wkoll

Fl-omelija tiegħu waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tar-Randan li saret fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Kurjana, l-Arċisqof Scicluna qal li f’dan l-istaġun tar-rebbiegħa tar-ruħ, jiġifieri fir-Randan, l-Insara għandhom jiskopru lil Alla “bħala l-Missier li ma jixtieqx jitlaqna minn taħt idejh u minn taħt il-ħarsa tiegħu”.

Huwa kompla biex jgħid li Ġesù ma jirreferix għall-Mulej bħala l-‘imħallef’ jew il-‘pulizija’, iżda bħala l-missier li jħobb, jagħder u jħenn.

Għal matul dan ir-Randan, l-Arċisqof qed jissuġġerixxi wkoll li bħala poplu ngħidu l-Innu Malti, li Dun Karm Psaila kiteb bħala talba għal pajjiżna u għal kull wieħed u waħda minna. Dan sabiex nitolbu lil Alla biex inkunu mogħnija bid-doni tad-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem.

Waqt il-quddiesa l-Arċisqof talab għall-paċi fid-dinja, b’mod speċjali fl-Art Imqaddsa, fl-Ukrajna u f’dawk il-postijiet fejn hemm il-qerda tal-gwerra.

Ekonomija

Sport