Il-President tal-Arġentina Javier Milei żied it-tensjoni ta pajjiżu mar-Renju Unit dwar il-Gżejjer Falkland, billi wissa li se jimponi sanzjonijiet ekonomiċi fuq kumpaniji li jisfruttaw iż-żejt qrib dan it-territorju Brittaniku lil hinn mill-baħar.
F’diskors lill-poplu, Javier Milei stqarr li “r-riħ tal-bidla” kien qed jiffavorixxi t-talba tal-Arġentina għall-gżejjer Falklands, imsaħħa minn sinjali li l-Istati Uniti tista’ tirrevedi l-pożizzjoni tagħha ta’ newtralità dwar din il-kwistjoni.
Milei qal li l-qasam taż-żejt ta’ Sea Lion – fejn kumpanija Brittanika u oħra Iżraeljana mistennija jibdew xogħol ta’ esplorazzjoni – kien jikkostitwixxi “periklu ċar u imminenti”.
Fi stqarrija maħruġa nhar il-Ġimgħa, l-uffiċċju tal-prim ministru Ingliż sostna li kien ċar li d-dritt tal-abitanti tal-Falklands għall-awtodeterminazzjoni jestendi wkoll għad-dritt li jisfruttaw ir-riżorsi naturali tagħhom stess.
Aktar minn 40 sena wara l-gwerra għal dak it-territorju, is-sovranità fuq l-arċipelagu fil-Lbiċ tal-Oċean Atlantiku għadha kwistjoni ta’ tilwima ħarxa bejn il-Gran Brittanja u l-Arġentina.
Il-president Milei ħabbar il-pjan tiegħu għas-sanzjonijiet waqt li kien imdawwar bil-membri tal-kabinett tiegħu fil-palazz presidenzjali, u tenna li l-Gżejjer Falkland huma Arġentini “storikament u legalment”.
Għadu mhux ċar kif jew sa liema punt se jiġu imposti jew imsaħħa dawn is-sanzjonijiet. Fl-Arġentina, diġà teżisti liġi li tippermetti restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta’ kumpaniji taż-żejt li jipparteċipaw fi proġetti meqjusa bħala mhux awtorizzati fuq il-gżejjer.
Is-Segretarju tad-Difiża tar-Renju Unit Wes Streeting stqarr li l-impenn tal-Gran Brittanja lejn il-Gżejjer Falkland huwa assolut u sod. “Id-dikjarazzjoni li għamel Milei matul il-lejl tgħidilna aktar dwar il-politika interna fl-Arġentina milli dwar il-Gżejjer Falkland,” kiteb Streeting fuq il-pjattaforma elettronika X.
Din mhix l-ewwel darba li gvernijiet Arġentini għamlu theddidiet ekonomiċi kontra l-abitanti tal-gżejjer. Madankollui, nhar il-Ġimgħa, stqarrija tal-Gvern Ingliż reġgħet ikkonfermat il-pożizzjoni tagħha li l-gżejjer jibqgħu Territorju Brittaniku lil hinn mill-Baħar sakemm jibqgħu jixtiequ hekk l-abitanti tal-gżejjer.
F池eferendum tal-2013, ir-residenti tal-gżejjer Falkland ivvutaw b知aġġoranza kbira ħżi unanima – biex jibqgħu territorju Brittaniku lil hinn mill-baħ
Fl-1982, il-forzi Arġentini żbarkaw fil-Gżitari Brittanika keċċiethom minnu.
Il-kunflitt wassal għall-mewt ta’ 255 membru tal-militar Brittaniku, tliet residenti tal-gżejjer u 649 membru tal-militar Arġentin.
Bħala sinjal tat-tensjoni li għadha teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi dwar din il-kwistjoni, il-plejers tal-Arġentina ċċelebraw ir-rebħa tagħhom fuq l-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja billi xejru bandalora b’appoġġ għall-pretensjoni territorjali ta’ pajjiżhom.


