L-attività fiżika hija parti integrali minn stil ta’ ħajja sana u li tikkontribwixxi b’mod dirett għal saħħa fiżika, soċjali u mentali u għall-benesseri tal-individwi. Nies ta’ kull età b’abilitajiet differenti għandhom ikollhom l-għarfien meħtieġ u ambjent adattat li jappoġġja l-attività fiżika.
Qabel xejn, ta’ min jirrimarka li Malta għandha rata għolja ta’ obeżità u anke nuqqas ta’ attivita fiżika kemm fit-tfulija kif ukoll fost l-adulti. Għal din ir-raġuni, il-Gvern flimkien mal-Awtoritajiet tas-Saħħa imbarkaw fuq ħidma sabiex tiġi żviluppata strateġija dwar l-attività fiżika li għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa.
Jekk nagħtu ħarsa lejn x’qed jiġri fuq livell lokali, studju tal-Ewrobarometru għas-sena 2022 kien sab li 31% tal-adulti f’Malta ma jagħmlux eżerċizzju fiżiku jew jipprattikaw xi tip ta’ sport. Dan filwaqt li kien hemm ukoll 37% oħra li rari jwettqu tali attività.
Min-naħa l-oħra, ma nistgħux ma ninnotawx l-isforzi li qed isiru biex titrawwem kultura fejn l-attività fiżika ssir parti integrali fil-ħajja ta’ kuljum. Nibdew billi nsemmu li l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern nieda konsultazzjoni pubblika fuq strateġija li tippromwovi l-attività fiżika li twassal għal saħħa aħjar, għall-perjodu 2025-2030.
Naqblu ma’ dak li qal il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela li stqarr li l-attività fiżika hija pilastru fundamentali għas-saħħa mentali u l-benesseri ġenerali ta’ kull wieħed u waħda minna u li din hija għodda b’saħħitha biex nipprevjenu u nikkontrollaw diversi mard kroniku bħal dijabete, pressjoni għolja, mard tal-qalb u obeżità.
Insemmu wkoll l-investiment fil-bidu ta’ din is-sena ġiet inawgura t-tielet fażi tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa b’investiment ta’ €5.5 miljun. Permezz ta’ dan l-investiment, il-komunità sportiva se tgawdi minn sala li tista’ tintuża għal diversi attivitajiet, padiljun modern ta’ 900 metru kwadru għall-ġinnastika u dixxiplini oħra.
Filwaqt li huwa tajjeb li l-Gvern ikompli jinvesti fl-infrastruttura sportiva, nemmnu li għandu jibqa’ jiġi promoss u jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji tal-attività fiżika. Għalkemm il-ħajja saret mgħaġġla wisq, xorta waħda nemmnu li nistgħu nsibu ftit ħin matul il-ġurnata li fih nagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju, anke sempliċiment mixja.
Inħarsu ‘l quddiem għar-rispons tal-pubbliku dwar din l-istrateġija, li għandha twassal għall-implimentazzjoni ta’ politika li tippromwovi l-attività fiżika f’kull parti tal-ħajja.
L-ATTIVITÀ FIŻIKA TA’ BENEFIĊĊJU GĦAL SAĦĦITNA