L-Awstraljani qalu biex ‘jippreparaw għall-agħar’ hekk kif iċ-ċiklun Alfred qed ikompli joqrob lejn l-art. Dan kollu qed iwassal għal ordnijiet ta’ evakwazzjoni tal-massa u qatgħu l-elettriku għal 80,000 dar.
F’kumment li ta lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru tal-pajjiż Anthony Albanese qal; “Meta n-natura tagħmel l-agħar tagħha, aħna l-Awstraljani nkunu fl-aqwa tagħna. Aħna qed noqogħdu attenti għall-ġirien tagħna”
Bosta residenti qattgħu l-aħħar tlett ijiem isaħħu djarhom b’boroż tar-ramel, jorbtu l-għamajjar li għandhom barra u jaħżnu l-ikel u l-ilma. L-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-pajjiż qal li jekk ċ-ċiklun Alfred jolqot lil pajjiiż, dan kien ilu ma jseħħ sa mill-1974.
Ir-riċerkaturi ripetutament wissew li t-tibdil fil-klima jamplifika r-riskju ta’ diżastri naturali bħal nirien fil-bush, għargħar u ċikluni.