L-Awstrijaċi jinsabu biss ftit jiem biss ftit jiem minn lockdown għal dawk kollha li mhumiex kompletament imlaqqmin wara rekord ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż.
In-naħa ta’ fuq tal-pajjiż se jkunu imposti restrizzjonijiet mit-Tnejn jekk kemm-il darba jkun hemm l-approvazzjoni min-naħa tal-gvern. Salzburg ukoll qed jippjanaw li jintroduċu miżuri ġodda.
Il-Kanċillier Alexander Schallenberg qal li din id-deċiżjoni hija xi ħaġa li ma setgħatx tiġi evitata. Żied jgħid li żewġ terzi tal-poplu ma jistgħux isofru minħabba dawk li ma tawx kas.
Il-konfini li jmissu mal-Ġermanja u mar-Repubblika Ċeka huma stmati li għandhom popolazzjoni ta’ miljun u nofs persuna għandhom l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet u l-anqas rata ta’ tilqim.
Fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 11,975 każ fil-pajjiż u l-kummissjoni għall-virus fl-Awstrija wissa’ dwar il-bżonn li din is-sitwazzjoni tittieħed b’serjetà kbira.