Thursday, April 18, 2024

“L-ebda diskriminazzjoni… attivitajiet reliġjużi jistgħu jsiru wkoll bil-protokolli stabbiliti”

Aqra wkoll

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mhi qiegħda ssir l-ebda diskriminazzjoni fejn jidħlu l-attivitajiet organizzati u dan hekk kif l-attivitajiet reliġjużi jistgħu jsiru bħalma setgħet issir l-attività tal-Fun Run il-Ħadd li għadda bil-protokolli stabbiliti.

Spjega dan bi tweġiba għall-waħda mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Huwa kompla biex jgħid li kull attività, inkluż dawk reliġjużi li ma jsibu ebda oġġezzjoni mill-awtoritajiet tal-Kurja, jistgħu jsiru wkoll.

Rigward l-attivitajiet bilwieqfa, id-DPM qal li jistgħu jattendu għalihom sa 100 persuna u li jkunu lebsin il-maskra u vvaċċinati. Barra minn hekk dawn l-attivitajiet ma jistgħux ikunu aċċessibbli għal persuni oħra li mhumiex parti mill-istess attività.

“Bħalma saret il-Fun Run b’dawn il-kriterji, jistgħu jsiru attivitajiet oħrajn, inklużi reliġjużi, dejjem bid-direzzjoni tal-kurja u jimtlew il-formoli rekwiżiti meta ssir xi forma ta’ dawn l-attivitajiet”, Spjega l-Ministru Fearne. 

Ekonomija

Sport