Thursday, April 25, 2024

Konrad Mizzi joħroġ mill-Isptar

Aqra wkoll

L-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi kiteb jirringrazzja lit-tim ta’ Mater Dei u lil dawk kollha li batulu messaġġi ta’ kuraġġ jew b’xi mod ħasbu fih.

Mizzi kompla li t-tobba u l-mediċi infurmawh li issa jista’ nkompli bil-kumplament tat-trattament id-dar. Huwa għalhekk li llum tard wara nofsinhar ħareġ mill-isptar u issa jista’ jkompli bil-mistrieħ u t-trattament id-dar sakemm jirkupra.

Mizzi ddaħħal l-Isptar Mater Dei ftit tal-jiem ilu. Minħabba f’hekk huwa kellu jwaqqaf ħesrem kull impenn ta’ ħidma tiegħu fejn fost l-oħrajn kellu jissospendi x-xhieda tiegħu quddiem il-PAC sakemm jirkupra.

Sport