Wednesday, April 24, 2024

L-ebda mwiet relatati mal-Covid-19 f’dawn l-aħħar tlett ijiem

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 86 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 141 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,501. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 719 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Sport