Saturday, December 21, 2024

L-EDUKAZZJONI FIĊ-ĊENTRU TAL-BAĠIT 2022

Aqra wkoll

L-ebda pajjiż ma jista’ jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli mingħajr investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u fil-kapital uman. Iż-żewġ komponenti, jimxu pari passu ma’ xulxin u t-tkabbir ta’ pajjiż tiiddependi mill-iżvilupp edukattiv ta’ kull ċittadin li f’kull stadju tal-ħajja. Is-settur tal-edukazzjoni huwa kruċjali għal viżjoni medja u fit-tul ta’ pajjiżna. L-edukazzjoni twassalna għal ekonomija b’saħħitha fit-tul.

Huwa għalhekk li rridu nħarsu sew lejn dan is-settur, nibnu fuq dak li sar tajjeb, imma rridu naraw ukoll li nġedduħ u mmexxuħ ‘l quddiem. Dan huwa prinċipju li nemmen fih għax tassew l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal żvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna. Kien għalhekk li tul dawn l-aħħar xhur, investejt f’proġetti bħal ‘Robotica’ u eME għax nemmen li għandna noffru kull faxxa tas-soċjetà l-għodda kollha neċessarja biex timxi ‘l quddiem.  

Dan is-sentiment huwa wool rifless fil-miri tal-gvern lejn dan is-settur. Mhijiex koinċidenza li kull pjan soċjali u ekonomiku ta’ dan il-gvern huwa msejjes fuq l-importanza tal-edukazzjoni. Mhijiex koinċidenza anqas li kull budget imfassal minn Gvern Laburista tul dawn l-aħħar snin snin kellu fiċ-ċentru tiegħu l-edukazzjoni. 

L-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija, tinsisti fuq l-importanza tal-edukazzjoni bħala vejikolu kruċjali biex tassew infasslu l-Malta t’għada. L-istess prinċipji tisħaq fuqhom l-Viżjoni Ekonomika tal-Gvern 2021 – 2031. L-istess enfasi jagħmlu wkoll l-100 Idea tal Partit Laburista. Kull viżjoni tisħaq ful il-bżonn ta’ investiment fl-edukazzjoni biex kull individwu jtejjeb l-kapaċitajiet tiegħu, jingħata l-għodda kollha neċessarji biex ikun protagonist fil-Malta ta’ llum u t’għada. U f’dan il-kuntest, għandhom rwol importanti jekk mhux anke vitali l-strateġiji tal-gvern f’dan is-settur inkluż, il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjoanli tal-Litteriżmu 2021-2030 li tnediet Ġunju li għadda.

Dan kollu serva ta’ pedament għal dak li fassal il-Gvern Laburista għal baġit li jmiss. Dan kollu se jservi ta’ bażi biex l-baġit li jmiss jindirizza l-sfidi prinċipali f’dan is-settur. Tassew l-baġit li jmiss kif elenkat fid-dokument ta’ qabel il-baġit, ikompli fuq dak li l-gvern investa fis settur tul dawn l-aħħar twin snin u  jindirizzi sfidi inkluż aktar parteċipazzjoni ta’ nisa u persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol; ir-realtà tal-qgħad, id-domanda li hemm għall-ħaddiema f’setturi specifiċi u dawk hemm imsejħa ‘low skilled workers’.

Dan huwa gvern li jemmen fl-edukazzjoni, jemmen f’kull wieħed u waħda minnha u jemmen  li pajjiżna jista jkun protagonist illum u għada. Għaldaqstant, il-baġit 2022 ser jagħmel differenza f’settur tant importanti għal pajjiżna. Ser jagħmel differenza f’ħajjet kull wieħed u waħda minnha. Ser jagħmel differenza għal pajjiżna.  Dan huwa dak li joffri Gvern Laburista. Dan huwa dak li jagmel il-Partit Laburista l-għażla naturali għal Maltin u l-Għawdxin.

Ekonomija

Sport