Sunday, December 22, 2024

L-Ekonomija Maltija b’rating ta’ A- minn S&P Global Ratings

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu S&P Global Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ A+ f’pajjiżna għal din is-sena, bi prospetti stabbli għal pajjiż.

Fl-analiżi ppublikata mill-istess aġenzija li huma mifhum li ssir kull sitt xhur, tat ħarsa lejn l-ekonomija fl-aħħar xhur u kif ukoll lejn żviluppi li jistgħu jaffettwaw il-prospett tAL-PAJJIŻ.

Fl-aħħar rapport ippublikat, ingħad li l-ekonomija ta’ pajjiżna u t-tkabbir ekonomiku se jibqa’. aktar mill-medja tal-Ewropa. Dan minħabba diversi raġunijiet, fosthom l-andament turistiku.

Ħareġ ukoll li l-fatt li f’pajjiżna qiegħed jinżamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija, dan qed iwassal għal aktar stabbiltá u qed jgħin ukoll biex il-konsum privat jibqa’ wieħed pożittiv.

Il-konferma tar-rating stabbli mill-S&P Global Ratings hi l-aħħar minn serje twila ta’ ċertifikati pożittivi, li ngħatat l-ekonomija ta’ pajjiżna, minħabba l-politika pożittiva u progressiva tal-amministrazzjoni preżenti.

Ekonomija

Sport