L-eks Prim Ministru tal-Malażja Mahathir Mohamad kellu jiddaħħal l-Isptar wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.
Stqarrija maħruġa mill-uffiċċju ta’ Mahathir ikkonfermat li huwa rriżulta pożittiv l-Erbgħa filgħodu u ddaħħal l-Isptar għal aktar osservazzjoni.
Mahathir ta’ 97 sena għandu storja ta’ problemi relatati mal-qalb u qatta’ wkoll xi żmien l-isptar lejn l-aħħar ta’ Jannar. Huwa kien tlaqqam kontra l-Covid-19.
Huwa serva bħala Prim Ministru bejn l-1981 u l-2003 u reġa’ kien elett f’Mejju tal-2018 iżda rriżenja sentejn wara, fi sfond ta’ ġlieda interna għall-poter li wasslet għall-kollass tal-koalizzjoni tal-oppożizzjoni.