L-eks sewwieq tal-Formula 1 Giancarlo Fisichella f’Malta għat-8 ta’ Diċembru b’risq l-MCCF

Aqra wkoll

The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina, li kellu jiġi pospost f’Settembru minħabba t-temp, issa se jsir fit-8 ta’ Diċembru.

L-attrazzjoni ewlenija tal-festival se tkun il-Meet and Greet mal-eks sewwieq tal-Formula 1 Giancarlo Fisichella, fejn il-pubbliku se jkollu l-opportunità jiltaqa’ miegħu, jieħu ritratt u jikseb l-l-firma tiegħu.

Il-festival se jiġbor flimkien mijiet ta’ karozzi lussużi, sportivi u klassiċi, kif ukoll muturi u trakkijiet. Se jkun hemm ukoll simulaturi tas-sewqan, go-karting u divertiment għall-familja kollha.

L-attività qed tiġi organizzata mill-Malta Motorsport Federation flimkien mal-Malta Community Chest Fund, li se tibbenefika mid-dħul.

Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ fuq showshappening.com, bil-prezz ta’ €10 għall-adulti u €5 għat-tfal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport