B’messaġġ ta’ qsim il-qalb fuq il-midja soċjali, Deasin sellem il-memorja ta’ ommu Stephania Grech, il-mara Maltija ta’ 55 sena li lbieraħ tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Modica, fi Sqallija.
“Qatt ma kont lest, u qatt ma kont ippreparat biex ngħix ġurnata mingħajrek, ma. Qatt ma immaġinajt li se jkolli ngħaddi mill-uġigħ li nitilfek.”
Deasin esprima x-xewqa li kellu ftit aktar ħin ma’ ommu, tgħanniqa waħda oħra u ċ-ċans li jgħidilha kemm iħobbha.
“Il-qalb tiegħi marret miegħek dakinhar li tlaqt. Strieħ fis-sliem, għażiża mummy. Ma ninsiek qatt. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”
