Il-Brittanja rebħu l-ewwel midalja tad-deheb f’dawn l-Olimpjadi permezz tal-ekwestriju tat-timijet.
It-team, kompost minn Laura Collet, Tom McEwen u Rosalind Canter, kiseb l-inqas penalitá, dik ta’ 91.30. Franza (Stephane Landois, Nicolas Touzaint, Karim Florent Laghouag) – (103.6) kisbu l-fidda filwaqt li l-Ġappun (Yoshiaki Oiwa, Tanaka Toshiyuki, Kazuma Tomoto) – (115.80) rebħu l-bronż.